Lokali

Il-Ġimgħa ddieħla mistennija l-ewwel mewġa ta’ sħana, b’temperatura ta’ 30 Grad Celcius – First Malta

Is-sit firstmalta.com qed ibassar li arja ta’ pressjoni baxxa li bħalissa qegħda viċin tal -gżejjer Maltin u li se ġġib temperaturi iktar friski, u ftit xita fil-jiem li ġejjin se twassal għall-sistema’ ta’ arja ta’ pressjoni għolja li se ġġib magħha l-ewwel mewġa ta’ sħana fuq il-gżejjer Maltin.

Jirriżulta li r-riħ mistenni jdur mil-Lbiċ Forza 3 it-Tnejn, filwaqt li t-Tlieta jdur Punent Forza 2/3, u  l-Erbgħa jonfoħ minn Nofsinhar u jġib miegħu sħana mid-deżert tat-Tramuntana tal-Afrika. Skont dan is-sit l-ogħla temperatura t-Tnejn se tkun ta’ 22 grad, it-Tlieta ta’ 26 grad u l-Erbgħa 29 grad li tinħass 30 grad, bit-temperauturi jibqgħu għola minn normal sal-Ħadd 17 ta’ April

Is-sit elettroniku firstmalta.com, iwissi li  wieħed m’għandux joqgħod fuq dawn ir-rapporti sabiex jieħu deċiżjonijiet relatati ma’ saħħa u sigurta’ jew kunsiderazzjonijiet finanzjarji.