Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami appella lill-Gvern jagħti rendikont u mhux inessi dwar x’passi ttieħdu biex inqabdu dawk il-persuni li ngħataw permessi ta’ residenzi minn organizzazzjoni sħiħa ta’ korruzzjoni li abbażi tagħhom, inħarġu l-permessi.
Meta tkellem fil-Parlament dwar Abbozz ta’ Liġi li jsaħħaħ is-sistemi ta’ sigurtà fl-avjazzjoni, u li l-Oppożizzjoni taqbel dwaru, Beppe Fenech Adami staqsa x’investigazzjonijiet qed isiru, u fiex waslu l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dak li qed jirriżulta fi proċeduri fil-Qorti li għaddejjin kontra persuna (l-eks-Teżorier tal-Partit Laburista) li irreġistra mas-700 kumpanija falza li abbażi tagħhom inħarġu numru kbir ta’ permessi ta’ residenza.
14,000 permess ta’ residenza… kien hawn u għad hawn numru ta’ nies li qatt ma kelhom dritt ikunu f’Malta
Spjega li dak li qed jirriżulta fil-Qorti jfisser li fil-pajjiż kien hawn u għad hawn numru ta’ nies li qatt ma kelhom dritt ikunu f’Malta.
Appella lill-Gvern jgħid jekk sarx eżerċizzju rigoruż fuq dawn il-ħruġ ta’ permessi. Fl-2015 ħarġu 14,000 permess ta’ residenza li rduppjaw in-numru ta’ permessi fl-ewwel ftit xhur ta’ Identity Malta. Illum hu magħruf li ġewwa Identity Malta – aġenzija li fi ftit żmien minn meta twaqqfet ħarġet eluf kbar ta’ permessi ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-UE – kien hemm anqbuda sħiħa ta’ korruzzjoni li waslet biex tressqu numru ta’ nies il-Qorti.
Il-Viċi Kap tal-PN fakkar li sa ftit taż-żmien ilu Malta ma kellhiex konsolat fl-Alġerija, u meta nfetaħ il-konsolat, minn lejl għan-nhar kellna influs ta’ eluf ta’ persuni mill-Alġerija li flok ma ġew Malta bħala turisti, rajna influss inspjegabbli u li ma jagħmilx sens meta għażlu li jidħlu f’pajjiż tal-UE permezz ta’ Malta.
Tneħħa l-Konslu fl-Alġerija iżda l-PM baqa’ ma spjegax
Beppe Fenech Adami semma kif xhur ilu talab għal spjega dwar x’qed jiġri f’dan il-Konsolat. Iżda flok ma l-Prim Ministru spjega, tneħħa l-Konslu u tpoġġiet persuna oħra minfloku.
Staqsa x’sens jagħmel li Alġerin li jrid imur fl-Italja, Franza jew il-Ġermana, lii l-ewwel jiġi Malta meta hu fatt li mill-Alġerija hemm titjiriet lejn Franza, l-Italja u l-Ġermanja. Qal li ma dan ma jagħmilx sens lanqas mill-element ekonomiku li l-persuni jivvjaġġaw l-ewwel lejn Malta biex imorru għal destinazzjoni oħra fl-UE.
Beppa Fenech Adami saħaq li l-poplu għandu jingħata spjega li ma tinsulentax l-intelliġenza tal-poplu, b’risposti loġiċi, raġonevoli u li jagħmlu sens imqar mill-aspett ekonomiku.
//= $special ?>