Il-Grupp tas-Soċjalisti(S&D Group) fil-Parlament Ewropew aċċertat li l-iskandlu tal-Panama Papers, il-ġimgħa d-dieħla, se jkun fuq l-aġenda tal-Assemblea li tiltaqa’ fil-belt Franċiża ta’ Strasburgu.
Il-President tal-S&D Group, Gianni Pittella, qal li minħabba l-gravità tal-iskandlu – fejn kien żvelat kif ditta legali fil-Panama il-Mossack Fonseca, fost oħrajn, għenet biex klijenti jevadu t-taxxa — il-Grupp s-Soċjalista ħa ħsieb li jwassal għal diskussjoni straordinarja dwar is-suġġett. Is-Soċjalisti u gruppi politiċi oħra issa se jfasslu l-aħjar mezzi possibbli biex il-Parlament Ewropew jikkonfronta dan l-iskandlu. Hemm ukoll il-possibbiltà li jitwaqqaf kumitat investigattiv, u jistgħu anki jkunu trattati numru ta’ għażliet oħrajn.
Pittella kompla li ‘l-iskala tal-leaks mill-Panama Papers turi li l-Unjoni Ewropea teħtieġ tieħu azzjoni serja u determinata biex telimina l-evażjoni tat-taxxa fl-Ewropa’.
Il-Panama Papers fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew
