Il-Ministru Konrad Mizzi ħabbar illi se jiftaħ libell wara illi jidher li inqabad f’gidba oħra. Il-libell se jiftħu wara li sar magħruf illi Mizzi, meta waqqaf il-kumpanija sigrieta fil-Panama, qatt ma qalilhom lil Mossack Fonseca li huwa politiku. Dan żvelah Ramon Fonseca innifsu f’kummenti li għadda lill-gurnal La Estrella u li ġew kwotati fl-edizzjoni tal-lum ta’ The Malta Independent.
Is-Sur Fonseca, ko-fundatur ta’ Mossack Fonseca, sostna illi Konrad Mizzi ħeba li huwa politiku.
Jekk joħroġ li dan huwa fatt veru, allura wieħed jistqasi għaliex Konrad Mizzi ħeba li huwa Ministru f’pajjiż tal-UE.
Konrad Mizzi qed jgħid illi dak li qal Fonseca mhux veru, u għalhekk se jiftaħ libell kontra The Malta Independent.
//= $special ?>


