Lokali Qorti

MILL-QORTI : L-iżball tal-Kummissjoni Elettorali xekkel l-espressjoni tal-poplu

L iżball li għamlet il-kummissjoni elettorali fit-tmien u t-tlettax distrett fl-aħħar elezzjoni ġenerali xekkel l-espressjoni tal-poplu u wassal biex il-Partit Nazzjonalista tilef żewġ deputati. Għalhekk il-Qorti għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi u jkun ikkoreġut dan l-iżball.

Dan sostnieh l-Avukat Paul Borg Olivier f’isem il-Partit Nazzjonalista fit-trattazzjoni tal-kawża li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel kontra l- Kummissjoni Elettorali dwar l-iżbalji li saru waqt l-għadd tal-voti fit-tlettax u t-tmiem distret fl-ahhar elezzjoni ġenerali. Iż-żewġt partijiet dalgħodu għamlu t-trattazzjonijiet finali. Il-Partit Laburista hu rappreżentat mill-avukati Toni Abela u Pawlu Lia.

L-avukat Paul Borg Olivier tkellem dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti u qal li artiklu tlieta hu ċar u jinsisti fuq espressjoni libera’ tal-poplu. Ħu kompla li n- nuqqas fil-proċess elettorali wasslet biex l-għażla tal-poplu ġiet imċaħħda. Borg Olivier tratta wkoll l-importanza li tingħata lill-kandidati li jikkontestaw l elezzjonijiet ġenerali u qal li l-iżvilupp kostituzzjonali ta interess lill-partiti li jipparteċipaw fil-proċess elettorali.

Ir-rimedji huma limitati għall-kandidati, sostna Borg Olivier, li tkellem fuq il-metodu elettorali fejn qal li din hi kawża dwar l għażla tan-nies. Fil-fatt l-iżball tal-kummissjoni elettorali wassal biex id-deċiżjoni u l-għażla tal-poplu ma kinitx riflessa. Il-Partit Nazzjonalista kellu jkun allokat żewġ siġġijet ohra ma dawk li kellu, sostna Borg Olivier, li rrifera għall-kostituzzjoni.

Fir-rigward id-distretti hu semma t-tlettax u t-tmien disrtrett u qal li x-xewqa tal-poplu kienet li l-PN jingħata maġġoranza iżda din ma kinitx riflessa fid-deputati eletti. Paul Borg Olivier tratta l-mod kif imxiet il-kummissjoni elettorali u qal li l-liġi titratta l-għadd ta qabel, kemm fit-test Malti kif ukoll f’dak Ingliż. Il-PN qatt ma qal li l-proċess ma kienx ħieles iżda li n-nuqqasijiet wasslu biex ir-rieda tal-poplu ma kinitx espressa kif mixtieqa.

Borg Olivier qal li l-iżball qatt ma seta jinstab qabel u għalhekk ma jbiddilx l-ewwel għadd ta voti li jwassal għar-rebbieħ tal-elezzjoni ġenerali. Il-kostituzzjoni tagħmel riferenza għall-partiti u l-Partit Nazzjonalista ma kellux metodu ieħor ħlief li jmur quddiem il qorti.

F’isem il PL, l-avukat Toni Abela qal li hi l-kostituzzjoni li tista’ tiggarantixxi rimedju fi kwistjonijiet dwar elezzjonijiet ġenerali. Kull min ried seta beda proċeduri, sostna l Avukat Abela, li kompla li hemm demokraziji barra minn Malta fejn hemm sistemi li jirriflettu l-għażla tal-leġiżlatura li mhux dejjem tkun tirrifletti l-proporzjonalita’ tal-voti. Hu qal li l-kompetenza tal-qorti kostituzzjonali biex tindaga jekk pesuna kinitx valida biex tkun eletta.

L-iżball sar fi żmien il-gvern Nazzjonalista u għalhekk hu responsabbli għal dak li seħħ għaliex hu l-istat li jrid iwieġeb għall-għemil tal-kummissjoni elettorali. Il-PN qed jitlob li kull persuna tista tressaq ilment quddiem il-qorti wara numru ta snin meta l-kostituzzjoni tipprovdi tliet ijiem opportunita bħala rimedju effettiv. L-importanti mhux li jkun hemm rappreżentanza perfetta, iżda li ma jkunx hemm elementi li jxekklu d-demokrazija, sostna l-avukat Abela, li qal li dan l-iżball ma sarx apposta.

L-Avukat Abela qal li dan hu żball involontarju għaliex l-espressjoni tal-poplu kienet riflessa. Hu argumenta li l-qorti m’għandhiex tidħol biex tibdel ir-riżultat elettorali u l-kompożizzjoni tal-parlament. Toni Abela appella lill-qorti biex ma tilqax it-talba tal-PN għaliex din toħloq inċertezza.

It-trazzjoni li saret quddiem l-imħallef Lorraine Schembri Orland ntemmet u s-sentenza se tingħata fis-26 ta’ Mejju.