Il-mozzjoni li ressaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li torbot vot ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ Joseph Muscat, mhux biss qegħda tiġi segwita mill-viċin mill-poplu Malti, iżda anke minn media barranija.
Il-portal tal-aħbarijiet The Washigton Post mill-Istati Uniti u l-EUobserver, irrapurtaw il-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern Malti. Dan wara li l-pressjoni fil-Partit Laburista qegħda tkompli tiżdied b’rabta mal-iskandlu tal-Panama Papers marbut mad-Deputat Mexxej u Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Il-lenti tal-media internazzjonali daret fuq pajjiżna, hekk kif wara f’44 siegħa, wara li faqqa l-iskandlu mondjali ta’ Panama Papers, il-Prim Ministru Iżlandiż irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu. Skont id-diversi artikli tal-media internazzjonali, issa jmiss lill-Prim Ministru Joseph Muscat li jieħu azzjoni dwar l-aktar persuni viċin tiegħu.
Filfatt, The Washigton Post kwotat lill-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil meta indirizza lill-ġurnalisti u qal li Joseph Muscat falla milli jkeċċi lil Konrad Mizzi, u li dan l-egoismu kellu effett negattiv fuq l-istabbilita’ ta’ pajjiżna.
//= $special ?>