Chris Mamo lesta l-isfida li daħal għaliha, meta ġera 20 maratona f’20 jum konsekuttiv għall-20 sodda. Chris Mamo, li ftit tas-snin ilu tilef lill-oħtu ż-żgħira għall-marda tant kiefra tal-kanċer, ingħaqad ma’ Dr Klown Malta sabiex flimkien jiġbru l-fondi biex jinxtraw soddod fl-isptar Mater Dei li jingħalqu għall-ġenituri biex ikunu jistgħu iqattgħu il-lejl fil-kamra tat-tfal. Il-proġett hu kkolaborat bejn Chris Mamo u Dr Klown, li din tal-aħħar hi NGO attiva’ fl-isptar Mater Dei li l-għan tagħha hu li tferraħ lit-tfal rikoverati.
Huma kkalkulaw li għat-tliet wards fl-isptar, hemm bżonn ta’ 20 sodda, biex b’hekk kull kamra individwali ikollha sodda li tingħalaq magħha. B’hekk Chris Mamo se maratona għal kull sodda. Kull sodda tiswa €1,250 kull waħda li jkunu speċifikament saru għall-isptar Mater Dei.
Illum Chris Mamo temm l-aħħar ġirja tiegħu meta ġera minn Mater Dei lejn Baħar iċ-Ċagħaq u lura. Issa inġabru biżejjed fondi biex jinxtraw l-20 sodda, li se jitpoġġew fil-wards ta’ Disneyland, Fairyland, Rainbow u Wonderland.
Preżentament, il-ġenituri jgħaddu l-iljieli mat-tfal reqdin fuq siġġu, għaldaqstant l-għan hu li jipprovdu faċilitajiet aktar komdi mhux biss għat-tfal iżda anke għall-ġenituri. Fi stqarrija, Chris Mamo u Dr Klown Malta stqarru li ma hijiex sitwazzjoni faċli li jkollok it-tfal rikoverati fl-isptar b’mard kiefra, pero tkun ħafna aktar diffiċli meta ma jkollokx apparat komdu fejn il-ftit siegħat li jistrieħu, l-ġenituri ikollhom post komdu fejn jorqdu.
//= $special ?>

