Lokali

Skont Lydia Abela, Simon Busuttil huwa “colour-blind”

Skont is-Segretarju Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Lydia Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jista’ jkun ‘colour-blind’.

Lydia Abela kienet qed titkellem waqt il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista. Fid-diskors tagħha, Lydia Abela bdiet titkellem dwar l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013, fejn fost l-oħrajn semmiet kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, dak iż-żmien, kien jgħid li l-kulur aħmar ifisser qagħad waqt li l-kulur blu jfisser xogħol.

Kien hawnekk fejn is-Segretarju Eżekuttiv tal-Partit Laburista qalet “jiena naħseb il-Kap tal-Oppożizzjoni colour-blind”. Hawnekk, dawk preżenti nfexxew f’ċapċipa.

Għal din il-konferenza Laburista, attendew diversi partitarji Laburisti li taw merħba ewforika lill-Ministru u Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi li mistenni jagħmel diskors minn hawn u ftit ieħor.