1pm: Kelliema għall-Korp tal-Pulizija kkonfermat ma’ NETnews.com.mt li ħadd ma weġġa’ fin-nirien. Fortunatament, dawn kienu kkontrollati fi ftit ħin mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar kmieni …
Il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa għaddejjin b’ħidma intensiva biex jippruvaw jikkontrollaw nirien li ħakmu appartament f’Tas-Sliema.
Mill-ewwel informazzjoni li għandu NETnews.com.mt jirriżulta li n-nirien ħakmu l-appartament fi Triq Mattew Pulis.
Mill-informazzjoni li ksibna ma jidhirx li hemm xi persuni feruti, għalkemm nifhmu li persuni li joqgħodu fl-appartament inħarġu mill-post bi prekawzjoni.
(Ritratt: mill-Arkivji)
//= $special ?>

