L-uniku suspettat imfittex b’konnessjoni mal-attakki terroristiċi ta’ Novembru mill-ISIS f’Pariġi spiċċa arrestat skont rapporti li daħlu ftit tal-ħin ilu.
Jaħsbu li Mohamed Abrini, ta’ 31 sena, kellu rwol ewlieni fil-massakru ta’ xhur ilu fil-kapitali Franċiża fejn tilfu ħajjithom 130 persuna. Mifhum ukoll li Abrini kien involut sew anki fl-attakki terroristiċi ta’ jiem ilu fi Brussell, fejn kienu mietu 32.
Abrini spiċċa fuq il-lista tal-aktar persuni mfittxa fl-Ewropa mindu hu kien identifikat, permezz ta’ CCTV video, waqt li kien f’karozza fil-kumpannija ta’ Salah Abdeslam, li kien arrestat ix-xahar li għadda fi Brussell. Abdeslam ukoll hu suspettat ewlieni fl-istraġi ta’ Pariġi u l-arrest tiegħu seħħ ftit qabel l-ISIS wettqu l-isplużjonijiet terroristiċi qattiela ta’ jiem ilu fl-ajruport internazzjonali u l-metro ta’ Brussell.
//= $special ?>