Lokali

Id-Dar tal-Providenza tiftaħ dar ġdida fiż-Żurrieq għal persuni b’diżabilità

Id-dar tal-Providenza fetħet uffiċjalment ir-raba’ dar fil-komunita’, din id-darba fiż-Żurrieq.

Fr Martin saħaq li l-ftuħ ta’ din id-dar ma kienx ikun possibbli jekk mhux grazzi għall-appoġġ tal-poplu Malti u Għawdxi li jappoġġja bis-sħiħ il-ħidma tad-Dar tal-Providenza. Fosthom inizzjativi ta’ ġbir ta’ fondi, kif ukoll d-donazzjonjiet individwali li jidħlu kuljum, id-Dar setgħet tidħol għal dan l-investiment importanti u bżonnjuż.

It-tliet id-djar l-oħra huma ‘Żerniq’ fis-Siġġiewi, ‘Akkwarell’ fil-Qawra u ‘Dar Pirotta’ f’Birkirkara.

Għal dan il-ftuħ kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Dr Justyne Caruana, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għad-Drittijiet tal- Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Robert Cutajar u Ignatius Farrugia, is-Sindku taż-Żurrieq.

Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Mons Charles Cordina għamel diskors qasir u bierek id-dar kif ukoll il-vann li se jibda jintuża mir-residenti l-ġodda.