Futbol Sport

Il-President tal-MFA jikkumenta fuq deċiżjoni arbitrali

L-episodju tat-tkeċċija tal-gowlkiper Matthew Calleja Cremona fil-partita tal-Ħadd li għadda bejn Floriana u Hibernians, qajjem kontroversja b’diversi nies jagħtu l-verżjoni tagħhom jekk ir-referee Esther Azzopardi għamlitx l-aħjar deċiżjoni.

Permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo kkumenta fuq din id-deċiżjoni meta qal li bi kjarifikazzjoni tal-Kumitat tal-UEFA tar-referees, Esther Azzopardi kienet korretta fid-deċiżjoni.

Hu semma l-fatturi għaliex id-deċiżjoni kienet korretta u sostna li b’din ir-raġuni hu jħoss li kienet 75% korretta.

Fil-messaġġ tiegħu Darmanin Demajo skuża ruħu ma’ Azzopardi għaliex hu kien ħaseb li d-deċiżjoni kienet żbaljata filwaqt li talab lil dawk li għandhom il-futbol għal qalbhom biex ixerrdu dan il-messaġġ.

Wieħed irid jistenna jekk wara dan il-messaġġ, il-Presdent tal-MFA se jkunx qed jibda jikkumenta dwar kull deċiżjoni kontroversjali li jkollna fil-kampjonati lokali.