Lokali Mużika

Ira Losco se tkanta fl-aħħar post fl-ewwel semi-finali tal-Eurovision

Meta fadal 32 ġurnata għall-ewwel semi-finali tal-Eurovision Song Contest 2016 li se jsir fi Stokkolma, l-Iżvezja, tħabbret l-ordni ta’ kif se jkunu qed jitkantaw il-kanzunetti fiż-żewġ semi-finali.

Il-Kantanta Maltija Ira Losco bil-kanzunetta ‘Walk on Water’ se tkanta fl-aħħar post fl-ewwel semi-finali fl-10 ta’ Mejju li ġej. Ħafna qed jinterpretaw din il-pożizzjoni bħala waħda mill-aqwa għal Malta li tkompli tqawwi t-tamiet ta’ riżultat storiku fil-Eurovision.

It-tieni semi-finali se ssir fit-12 ta’ Mejju waqt li l-finali ssir fl-14 ta’ Mejju.

F’Mejju li ġej, Net Television se jkun qed jwassal programm speċjali minn Stokkolma preżentat minn Peter Carbonaro dwar dak kollu li jkun qed jiġri fi Stokkolma.

L-ordni tal-ewwel Semi-Final 1

1. Finland

2. Greece

3. Moldova

4. Hungary

5. Croatia

6. The Netherlands

7. Armenia

8. San Marino

9. Russia

10. Czech Republic

11. Cyprus

12. Austria

13. Estonia

14. Azerbaijan

15. Montenegro

16. Iceland

17. Bosnia & Herzegovina

18. Malta