Lokali

Jisraq il-flus għall-karità minn ħanut f’Ta’ Xbiex

Barrani li daħal f’ħanut tal-ħelu fi Triq Testaferrata f’Ta’ Xbiex għelbitu t-tentazzjoni u ħareġ mill-ħanut b’bott tal-karità fejn il-klijenti kienu jitfgħu xi donazzjoni b’risq il-Fondazzjoni Inspire.

Il-każ seħħ il-Ħamis filgħdou, bis-sidien tal-istabbiliment jirrealizzaw li l-bott ma kienx għadu f’postu u rrealizzaw li kien insteraq meta analizzaw il-filmati tas-sigurta. Mhux magħruf kemm kien hemm flus fl-istess bott.

Wara li r-ritratt tar-raġel beda jinxtered fuq il-midja soċjali,s ar magħruf li l-istess raġel wettaq ukoll serqiet oħra minn ħwienet fil-madwar, inkluż fil-Gżira.

Min għandu xi informazzjoni jista’ jagħmel rapport lill-Pulizija, anke jekk b’mod kunfidenzjali.