L-Enemed, li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ ta’ Konrad Mizzi, qed tippjana li teqred aktar art agrikola. Dan premezz ta’ pjan sabiex tpoġġi l-ħażna tal-fuels f’zona ODZ fil-limiti tal-Gudja u Ħal Ghaxaq.
Fi stqarrija, il-Front Ħarsien ODZ appella biex isir eżerċizju trasparenti fl-għażla ta’ sit alternattiv. Dan meta jidher illi kien hemm ċans li l-ħażna tal-fuels issir f’Ras Ħanżir, f’Kordin, f’zona li mhix agrikola u li hi diġa’ industrijali.
Preżentament, l-Enemed trid tieħu 6,000 metru kwadru f’art agrikola.
//= $special ?>
