Mara ta’ 27 sena tittieħed mal-ewwel l-isptar Mater Dei hekk kif ittajjret minn karozza. L-inċident seħħ għall-ħabta 12.25 ta’ waranofsinhar fi Triq D’Argens fil-Gżira.
Il-mara ttajjret minn karozza Ford Kuga, misjuqa minn raġel 47 sena mill-Gżira. Il-kundizzjoni tal-mara s’issa għadha m’hijiex magħrufa, iżda skont xhieda fuq il-post tal-inċident qalu li l-mara soffriet xi ġrieħi f’rasha.
Aktar dettalji hekk kif jaslulna.
//= $special ?>

