Esperjenza unika għall-141 passiġier li se jkollhom l-opportunita’ li jattendu għall-party f’għoli ta’ 39,000 pied, abbord ajruplan tal-linja nazzjonali Maltija. L-Air Malta flimkien ma’ Events by Martin se jorganizzaw titjira charter bejn Malta u Ibiza nhar il-Ħamis 21 ta’ Lulju fejn se tittella din l-attivita’ ta’ ‘Party in the Sky’.
Abbord din it-titjira speċjali se jkun hemm DJ Ruby u Daniel Pereaux li se jdoqqu, bis-sistema tas-sound li se tintuża matul il-vjaġġ se tkun iddisnjata apposta. L-organizzaturi ħabbru li l-passiġiera se jirċievu trattament ta’ VIP komplet, fejn se jiġu offruti servizz speċjali matul it-titjira.
L-Air Malta stqarret li laqgħet din l-isfida operattiva, flimkien mad-Dipartiment tal-Inġinerija u l-Uffiċju tas-Sigurta’ tat-Titjiriet tagħha. Il-linja tal-ajru qalet li wettqet diversi verifiki biex tiċċertifika li t-tagħmir kollu jkun jista’ jiġi trasportat fil-kabina b’mod sigur u skont l-istandards u r-regolamenti internazzjonali kollha. L-Air Malta assigurat li se tieħu miżuri ulterjuri biex tassigura sigurta’ fil-kabina matul it-titjira.
F’konferenza stampa, id-Direttur Maniperjali ta’ Ambassdor Events, Pierre Lindh qal li hu jinsab kuntent b’din l-idea innovattiva’, fejn id-ditti tagħhom f’din il-kollaborazzjoni se jħaddnu kreattivita’, passjoni u esperjenzi uniċi. Hu stqarr li din l-attivita’ kapaċi tkun ta’ leħen fejn turi li Malta mhux biss tista’ tilħaq il-livell internazzjonali fl-avvenimenti, iżda li saħansitra taqbżu.
Joseph Galea, d-Deputat Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta, fl-istess konferenza stampa qal li l-linja tal-ajru nazzjonali tinsab eċitata għal dan il-proġett uniku, u li joffru servizz ta’ divertiment, li jaqbel perfettament mal-aspirazzjoni tal-Air Malta, dik li jkunu opreatur tal-ivjaġġar żagħżugħ u innovattiv. Minn naħa l-oħra, Joseph Galea stqarr li l-prijorita’ tal-Air Malta tibqa’ dik li joffru sigurta’ u kumdita’ lil kull min ikun abbord l-ajruplan.
Filmati u ritratti tal-attivita’ se jitellaw fuq il-paġna tal-media soċjali tal-Air Malta.
//= $special ?>