Lokali

Raġel jagħmel ħerba fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana

Żagħżugħ daħal u għamel ħerba fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana f’inċident li seħħ aktar kmieni.

Iż-żagħżugħ, li għandu 21 sena u li hu mis-Somalja, kellu jingħata trattament fiċ-Ċentru tas-Saħħa stess minħabba ġrieħi li ġarrab. Dan wara li b’idejh, kisser numru ta’ bibien tal-ħġieġ li hemm fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Iż-żagħżugħ kellu wkoll jittieħed l-isptar, taħt l-għassa tal-Pulizija, għal aktar kura. Qed issir inkjesta Maġisterjali dwar dan l-inċident.

NETnews.com.mt jinsab infurmat li minħabba l-istraġi fiċ-Ċentru tas-Saħħa, il-pazjenti u t-tobba li kien hemm fil-ħin tal-inċident, kellhom jiġu trasferiti għaċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

floriana health centre 3

furjana floriana centru tas-sahha