Internazzjonali

Rapport li l-ISIS ħatfu l-mijiet ta’ ħaddiema ta’ fabbrika fis-Sirja

Talanqas 200 persuna huma rrappurtati nieqsa fis-Sirja wara suspettat attakk mit-terroristi tal-ISIS fuq il-fabbrika ta’ Badiyah, li tipproduċi s-siment, u li tinsab ftit ‘il barra mill-belt ta’ Dumeir.

Ingħad li membri armati tal-ISIS kaxkru lill-ħaddiema ‘il barra minn dormitorju tal-kumpless, b’amministratur tal-fabbrika jsostni li ħadd ma rnexxielu jikkuntattja lill-ħaddiema ‘mindu huma spiċċaw aggrediti b’dan il-mod, nhar it-Tnejn li għadda’.

Intant, ir-rapporti qalu li l-ħaddiema nieqsa, fosthom kuntratturi, jistgħu, fil-fatt, jammontaw għal 300.

Iz-zona madwar Dumeir, fl-aħħar jiem, ġarrbet ġlied qalil bejn il-qawwiet tal-Gvern Sirjan u l-militanti tal-ISIS. Sadanittnt, għaddejjin l-isforzi bit-tama li jinħelsu dawn il-ħaddiema, fost rapporti li saru kuntatti indiretti mal-aggressuri responsabbli.