Lokali

Sentenza sospiża wara li nstab ħati ta’ aġir sesswali mhux xieraq ma’ minorenni

Raġel ta’ 25′ sena weħel sentejn ħabs sospiżi wara li nstab ħati li sforza tfajla taħt l-eta’ biex tipparteċipa f’attivita’ sesswali kif ukoll li bagħtila ritratti tiegħu indiċenti.

Il-każ imur lura għal Awissu tal- 2011, meta missier ta’ tfajla ta’ 16-il sena rrapporta li raġel bl-isem ta’ Mario Degiorgio, kien qiegħed jikkomunika fuq l-internet mat-tifla tiegħu, kif ukoll li bagħtilha ritratti tiegħu indiċenti.

Evenwualment il-Pulizija kkonfiskaw il-laptop, 3 memory cards u l-mowbajl tal-akkużat. Waqt l-interrogazzjoni l-akkużat ammetta li r-ritratt li ntbgħatu lit-tfajla kienu tiegħu. L-akkużat saħaq li hu kien iltaqa’ mat-tfajla fil-karnival, u baqa f’kuntatt magħha permezz tal-internet, kif ukoll iltaqa’ magħha drabi oħra.

It-tfajla ammettiet li gidbet lill-akkużat meta qaltlu li hi kellha 18-il sena u mhux 16-il sena.

Mill-investigazzjoni rriżulta li t-tfajla inżammet xi żmien l-isptar Monte Carmeli fejn ingħatat kura għall-problemi ta’ droga li kellha. Kif ukoll, hi kienet ġiet stuprata minn persuna oħra.

L-akkużat instab ħati li sforza t-tfajla, minorenni, biex tipparteċipa f’atti sesswali, wara li bagħtila ritratti indiċenti tiegħu.

Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat ħa inkunsiderazzjoni li l-akkużat għandu kondotta nadifa. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Anthony Tabone.