Tfajla miż-Żurrieq sofriet ġrieħi gravi dalgħodu wara li kienet involuta f’habta f’Hal Far. Il-kaz sehh ftit qabel is-6am.
Il-Pulizija kkonfermat li l-incident seħħ fi Triq Ħal Far, u t-tfajla ta’ 24 sena kienet passiġġiera.
Il-vetturi involuti fil-habta kienu vann Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 25 sena minn Ħal Kirkop, li flimkien miegħu kien hemm it-tfajla u karozza BMW, misjuqa minn raġel ta’ 20 sena, ukoll minn Ħal Kirkop.
It-tfajla ġiet rikoverata l-Isptar Mater Dei iżda mhix fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>

