Internazzjonali

Tkompli d-deportazzjoni ta’ immigranti lejn it-Turkija

epa05249222 Refugees are escorted by Turkish police as they arrive by ferry from the Greek island of Lesvos (Lesbos) at the Dikili harbour in Izmir, Turkey, 08 April 2016. The second batch of refugees from Lesvos to Turkey arrived in Dikili as part of the EU deal reached to try and reduce the number of migrants travelling to Europe. EPA/MERT CAKIR

It-tieni grupp ta’ immigranti ddeportati vvjaġġaw bil-vapurett mill-Greċja għat-Turkija, bħala parti minn ftehim mal-Unjoni Ewropea intiż biex inaqqas mill-ammont ta’ immigranti li qegħdin jaslu l-Ewropa minn diversi zoni tad-dinja.

Il-vapurett mgħobbi b’45 Pakistani telaq mill-port ta’ Mytilene, f’Lesbos, lejn Izmir minkejja l-isforzi tad-dimostranti biex il-vjaġġ ma jsirx.

Nhar it-Tnejn, madwar 200 immigrant, fil-parti kbira Pakistani, kienu ddeportati mill-gżejjer Griegi skont il-ftehim tal-UE mat-Turkija, li, fl-aħħar xhur, serviet bħala rotta ewlenija minfejn qegħdin jgħaddu immigranti li m’għandhomx id-dokumenti xierqa. Intant, il-proċess biex l-immigranti jintbagħtu lura lejn it-Turkija kellu jieqaf għal xi ġranet fost spinta ta’ applikazzjonijiet għall-kenn politiku fil-Greċja.