Lokali

www.corruptionmuststop.org – Iffirma biex twaqqaf il-korruzzjoni

Fis-sigħat li għaddew tnieda sit li permezz tiegħu il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jesprimi r-rabja tiegħu għall-korruzzjoni f’dan il-Gvern u tappella biex il-korruzzjoni f’pajjiżna tispiċċa darba għal dejjem.

Fis-sit, imniedi mill-Partit Nazzjonalista, il-poplu mħeġġeġ jiffirma ittra mibgħuta lill-Prim Ministru Joseph Muscat li jinsab fi kriżi politika fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama Papers.

Agħfas hawn biex tiffirma l-ittra fuq is-sit www.corruptionmuststop.org’

F’dan l-iskandlu, l-id il-leminija tiegħu Keith Schembri u l-id ix-xellugija Konrad Mizzi, nqabdu li għandhom kumpaniji sigrieti fil-Panama. Iżda minkejja li s-sejħa għar-riżenja tagħhom ilha li saret seba’ ġimgħat, din baqgħet ma sairtx.

Hu f’dan is-sens li s-sit ‘www.corruptionmuststop.org’ jirrifletti r-rabja tal-poplu Malti u Għawdxi, mhux biss lejn Keith Schembri u Konrad Mizzi, iżda lejn Joseph Muscat.

Fl-aħħar sigħat, il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ Joseph Muscat waqt li sejjaħ għar-riżenja mhux biss ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi, iżda wkoll ta’ Joseph Muscat.