Żagħżugħ ta’ 21 sena illum wara nofsinhar kien aggredit minn grupp ta’ żagħżagħ waqt li kien
fil-karozza jsuq lejn id-dar mal-mara, ħuha ta’ 16-il sena u tarbija ta’ sena.
Iż-żagħżugħ qal li wara l-partita bejn Floriana u Valletta kien sejjer lura d-dar, meta fit-traffic lights ta’ Ta’ Qali, kien aggrediet minn żewġ żagħżagħ oħra wara li dawn pprovaw jaqbżuh bil-karozza.
Iż-żagħżagħ ħebbew għall-vittma wara li fetħulu l-bieba tal-karozza. Iż-żagħżagħ komplew ituh
u wieħed miż-żagħżagħ tela’ fuq il-bonnet u beda jaqbeż fuq is-saqaf tal-karozza.
F’email lil netnews.com.mt, qraba tal-vittma qalulna li l-missier ttieħed l-isptar minħabba xi ġrieħi li ġarrab waqt li l-omm, qed issoffri minn xokk. It-tarbija u t-tifel ta’ 16-il sena ma’ ġralhom xejn.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>