Lokali

FILMAT : ‘Il-Kriżi ta’ dan il-pajjiż jisimha Joseph Muscat’

Il-kriżi ta’ dan il-pajjiż jisimha Joseph Muscat. Hekk saħaq il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami waqt il-programm Xarabank.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-akbar skandlu internazzjonali li fih hemm involuti l-Ministru u d-Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Li nqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama u trusts fi New Zealand. U pruvaw jiftħu kontijiet sigrieti kemm f’Dubaj kif ukoll fil-Panama.

 

Dan l-iskandlu poġġa lenti negattiva fuq Malta. tant li bosta ġurnali internazzjonali, kif ukoll stazzjonijiet tat-televiżjoni rrappurtaw dak li nqabdu jagħmlu l-aktar żewġ persuni viċin Joseph Muscat.

F’dan l-istess programm, Owen Bonnici, f’isem il-Partit Laburista, ddefenda b’mod assolut lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi. U rrepeta dak li qal Joseph Muscat fl-aħħar jiem.

Minn naħa tiegħu, Beppe Fenech Adami, f’isem il-Partit Nazzjonalista, sostna li ma teżisti ebda raġuni li Ministru u Chief of Staff jiftħu dawn l-istrutturi finanzjarji.

Fl-aħħar tal-programm, Beppe Fenech Adami ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi jingħaqad flimkien kontra l-korruzzjoni. U sostna li l-poplu Malti huwa onest u għalhekk irid politika onesta. Nisimghu siltiet mill-programm Xarabank.