Fr. Cyril Axelrod għadda minn ħafna diffikultajiet matul ħajtu tant li twieled trux u ma setax jimxi qabel kellu tliet snin. Sa qabel kellu disa’ snin lanqas biss seta’ jitkellem.
Imma Fr. Cyril, qassis Kattoliku u Lhudi li trabba taħt l-apartheid, ħadem f’ħames kontinenti, tgħallem 15-il lingwa u kien wieħed minn tal-ewwel li wettqu ħidma multirazzjali.
Mas-snin tilef ukoll id-dawl ta’ għajnejh iżda baqa’ jwettaq il-ħidma tiegħu u dawn id-diffikultajiet ma poġġewlu l-ebda ostakolu għall-fidi tiegħu u għal ħidmietu.
Ir-rakkont ta’ Fr Cyril Axelrod inġabar fi ktieb bl-isem ta’ “U beda l-Vjaġġ” li lil hinn minn xtutna kien best seller u tnieda wkoll f’pajjiżna wara li l-istess Fr. Cyril kien mistieden f’Malta. Il-ktieb inqaleb għall-Malti minn Fred Bezzina u kien ippreżentat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara fid-Dar Ċentrali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
//= $special ?>

