Pilota mal-Air India rrifjuta li jibda titjira minn Chennai lejn Male mingħajr il-ko-pilota ( mara) favorita maġenbu fil-kabina tal-ajruplan. L-aġir tal-pilota wassal, intant, biex ‘il fuq minn 100 passiġġiera urtati jistennew għal sigħat biex jaqbdu t-titjira u waqt li huma kienu kostretti li jibqgħu bil-qiegħda fl-ajruplan.
Jingħad li qabel l-inċident, il-pilota inkwistjoni kien informa lis-superjuri tiegħu li kellu jitlaq minn mal-kumpannija tal-ajru. Mifhum li l-pilota, bħalissa, qed jaħdem in-notice u mhux magħruf jekk, fil-fatt, itteħdux passi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu.
Sar magħruf li l-pilota rrifjuta minnufih li jtir mill-ajruport Indjan ta’ Thiruvananthapuram wara li t-talba inizjali tiegħu ‘biex il-ko-pilota tissieħeb miegħu’ kienet irrifjutata. Maż-żmien, iżda, l-uffiċjali tal-Air India ċedew u rranġaw biex din il-mara tissieħeb mal-pilota.
Rapport tal-avjazzjoni uffiċjali tal-2015 żvela li l-Air Indja kienet fil-quċċata tal-lista tal-linji tal-ajru Indjani bl-aktar titjiriet li tħassru jew li waqgħu lura fl-iskeda.
//= $special ?>