Lokali

Ikkontrollat nar li ħakem trakkijiet fiż-żona industrijali tal-Marsa

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nar li ħakem trakkijiet tal-kumpanija General Soft Drinks fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.

Jirriżulta li għal xi raġuni ħa n-nar wieħed mit-trakkijiet li kien ipparkjat fil-propjeta’ tal-istess kumpanija, bil-konsegwenza li n-nar infirex u ħakem ukoll trakk ieħor.

Fortunatament f’dan l-inċident ħadd ma weġġa’, bit-trakkijiet isofru ħsara konsiderevoli.