Lokali

Il-Festival tan-Nar mekkanizzat se jsir kif pjanat

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali Floriana ħabbar li l-Festival tan-Nar mekkanizat se jsir kif skedat fi Pjazza San Publiju, (fuq il-Fosos) fil-Floriana, illejla lejliet il-Festa, u se tibda’ għall-ħabta tal-10.15 ta’ filgħaxija. Il-Kunsill qal dan minħabba li kien hemm biża’ li jitħajjar il-festival kawża tal-maltemp.

Din is-sena fil-Festival tan-Nar mekkanizzat ser jipparteċipaw tnax il-kamra tan-nar. Il-Kunsill Lokali tal-Floriana fl-istqarrija jħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi għal din l-attivita’.