L-intenzjonijiet tal-Korea ta’ Fuq qed ikomplu jqanqlu l-inkwiet wara li dan l-Istat komunista qal li rnexxew il-provi ta’ magna ddesinjata għal missila ballistika interkontinentali. Il-prova saret f’sit qrib il-kosta tal-Punent tal-Korea ta’ Fuq waqt li rapporti mill-istampa komunista qalu li l-magna ġdida għandha tiggarantixxi l-kapaċità tal-Korea ta’ Fuq biex twettaq attakk nukleari fuq territorju tal-Istati Uniti.
Din kienet l-aħħar f’sensiela ta’ provi simili mill-Korea ta’ Fuq u r-rapporti qalu li l-aħħar eżerċizzju sar taħt is-superviżjoni tal-Mexxej Korean komunista innifsu, Kim Jong-un.
//= $special ?>