L-iskandlu internazzjonali magħruf bħala l-Panama Papers ikompli jiddomina l-aħbarijiet f’bosta pajjiżi. F’El Salvador il-puliżija wettqet tfittxija fl-uffiċju lokali tal-kumpanija Mossack Fonseca; il-kumpanija fil-qalba ta’ dan l-iskandlu.
It-tiftix sar sabiex tinġabar evidenża dwar ċittadini tal-pajjiż li għandhom kontijiet ma’ din il-kumpanija legali.
“Irrid navża lil dawk kollha li jipprovdu servizz lil dawn il-kumpaniji sabiex ma’ jagħmlux żball, ser nkellmuhom u ser nitolbu informazzjoni, nispera li ma’ jagħmlu ebda attentat li jaħbu xi informazzjoni” sostna l-Avukat Ġenerali ta’ El Salvador Douglas Melendez
L-iskandlu tal-Panama Papers qiegħed ikompli jheżżez lid-dinja politika fosthom anke f’Malta fejn ġie msemmi l-Ministru Konrad Mizzi.
//= $special ?>