Internazzjonali

L-Iskandlu tal-Petrobras ikompli jixħet dell fuq il-President tal-Brażil

L-eks President tal-Brażil, Luiz Inacio Lula da Silva ikkundanna allegazzjonijiet li eks Kap Eżekuttiv ta’ kumpanija involuta fl-iskandlu tal-Petrobras uża fondi immarkati għat-tixħim biex jiffinanzja l-kampanja elettorali tal-President tal-Brażil attwali, Dilma Rousseff. Dan meta l-Partit tal-Ħaddiema Brażiljan ta’ Rousseff, li l-istess Lula da Silva hu fundatur tiegħu, jinsab implikat sew fl-iskandlu kbir ta’ korruzzjoni u tixħim assoċjat mal-kumpannja taż-żejt tal-Istat Petrobras.

Skont xhieda, miljuni ta’ dollari f’donazzjonijiet legali għall-kampanja tal-2014 li mexxiet Rousseff kienu oriġinarjament iffinanzjati bi flus immarkati għal tixħim. Hu allegat li dawn il-flus tħallsu b’konnessjoni ma’ kuntratti ta’ xogħol kbar li ngħataw lil din il-kumpannija tal-kostruzzjoni. Fl-istess ħin, mhux ċar jekk il-flus tħallsux direttament lill-kumitat li kien qed jieħu ħsieb lil-kampanja ta’ Rousseff inkella lill-Partit tal-Ħaddiema fil-Gvern.