L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-MFSA, fi stqarrija wissiet lill-pubbliku dwar is-sit elettroniku http://www.stock-binary.com/contact.html liema sit skond l-MFSA qed jipprovdi informazzjoni qarrieqa billi juża fil-paġna “Kuntatt” l-isem u d-dettalji ta’ kumpanija ġenwina awtorizzata mill-MFSA, u b’hekk tingħata l-impressjoni żbaljata li l-entità hija liċenzjata mill-Awtorità biex tipprovdi Servizzi ta’ Investiment.
L-MFSA wissiet lill-pubbliku, f’Malta u barra, biex ma jidħolx fi transazzjonijiet jew ikollu x’jaqsam b’xi mod ieħor ma’ din l-entità.
L-MFSA fakkret lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji sakemm ma jkunux aċċertaw infushom li l-entità li magħha qed isir it-transazzjoni hija awtorizzata tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba.
Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli mingħand l-MFSA u tista’ tiġi aċċessata minn fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.
//= $special ?>