Eluf ta’ nies fir-Renju Unit ħarġu jipprotestaw kontra l-iskandlu tal-Panama Papers u r-reazzjoni tal-Prim Ministru Britanniku, David Cameron, għall-aħħar żviluppi konnessi mal-każ.
Folol kbar ħadu sehem fid-dimostrazzjonijiet saru f’Londra fost għajjat għar-riżenja ta’ Cameron minn Prim Ministru. Min-naħa tiegħu David Cameron qal li seta mexxa aħjar il-kwistoni dwar l-affarijiet finanzjarji tiegħu meta kien qed jindirizza l-Forum tar-Rebbiegħa tal-Partit Konservattiv fil-Gvern.
Cameron tenna li kellu tort fil-mod kif ħa ħsieb dak li kien żvelat dwar l-interessi tiegħu fil-fond offhore ta’ missieru li hu mejjet. Dan wara li hu ammetta li, żmien ilu, kien biegħ il-units tiegħu fl-istess ifond. L-informazzjoni dwar il-finanzi ta’ Cameron saret magħrufa mil-leaks tal-Panama Papers fejn kien żvelat li missier il-Prim Ministru kien klijent tal-Mossack Fonseca fiż-żmien meta waqqaf fond għall-investituri.
//= $special ?>