In-nuqqas ta’ pass minn naħa tal-Prim Ministru fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri qegħda tqajjem rabja kbira fil-Partit Laburista. Hekk żvela l-ġurnal The Times of Malta f’artiklu li jiżvela kif ir-rabja qegħda tkompli tiżdied wara li l-Prim Ministru saħaq li kien ser jieħu deċiżjonijiet iebsa u Konrad Mizzi sostna li kien lest jaċċetta kull deċiżjoni tal-Prim Ministru iżda fir-realta’ bħal donnu kollox baqa’ għaddej bħas-soltu b’Mizzi u Schembri jibqaw fil-kariga tagħhom.
L-istess sorsi li tkellmu ma’ The Times sostnew li Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu qegħdin isostnu li m’għamlu xejn ħażin u qegħdin jirrifjutaw li jirriżenjaw sabiex b’hekk l-unika għażla li fadal hija tkeċċija minn naħa tal-Prim Ministru.
“Hemm rabja kbira għaliex il-Prim Ministru qiegħed iħalli dan l-iskandlu jkarkar fit-tul għal xejn” sostnew l-istess sorsi. L-istess sorsi qalu li d-diskors ta’ Toni Abela nhar il-Ħamis li għaddha kien ukoll botta fina għal Muscat. Dan meta Abela spjega li bħala Deputat Mexxej uħud mill-aktar deċiżjonijiet iebsa li kellu jieħu kienu fil-konfront ta’ ħbieb kbar tiegħu.
Jidher li fil-każ ta’ Muscat il-problema mhijiex it-tneħħija ta’ Konrad Mizzi iżda ta’ Keith Schembri li jidher li huwa indispensabbli għal Muscat.
//= $special ?>

