Lokali

Raġel arrestat wara li nqabad fil-fatt ibiegħ id-droga fil-Marsa

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Raġel kien arrestat wara li nqabad fil-fatt ibiegħ id-droga fil-Marsa.

Jirriżulta li fi tfittxija li saret fi blokk ta’ garaxxijiet fi Triq il-Ġerrejja, il-Marsa, instabu tnejn u għoxrin pakkett kokaina, sebgħa u erbgħin pakkett eroina, flus kontanti kif ukoll affarijiet oħra relatati ma’ droga. Is-sejba saret wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni.

Ir-raġel arrestat b’konnessjoni ma’ din is-sejba kien arrestat f’remissa waqt li kien qed ibiegħ id-droga eroina u kokaina.