Il-kandidati rivali tal-Partit Demokratiku Amerikan, Hillary Clinton u Bernie Sanders, issa qegħdin jikkuntestaw kontra xulxin fl-Istat ta’ Wyoming li għandu l-iżgħar numru ta’ delegati.
Dan meta żvolġiet taqtigħa interessanti bejn dawn ir-rivali li qed jittamaw li jirrappreżentaw lill-Partit Demokratiku fl-elezzjoni ta’ Novembru għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
Il-proċessi tal-caucus f’Wyoming għandhom jeleġġu biss 14 il-delegat, b’erba’ delegati oħra jintgħażlu waqt konvenzjoni li jsir fl-istess Stat ix-xahar id-dieħel.
Intant, Clinton xorta qed tgawdi vantaġġ fuq Sanders minkejja numru ta’ suċċessi għas-Senatur minn Vermont waqt il-kampanja.
Qed tkompli anki l-isfida bejn il-kandidati tal-Partit Repubblikan tal-Istati Uniti li, fis-sajf, jikkonferma r-rappreżentant li jrid jikkuntesta f’ismu għall-White House. Dan meta s-Senatur ta’ Texas, Ted Cruz, qed jidher favorit li jikseb l-appoġġ ta’ aktar delegati waqt il-konvenzjoni tar-Repubblikani f’Colorado.
//= $special ?>