Lokali

Tfajla tindarab f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Inċident tat-traffiku fit-Telgħa ta’ Selmun fil-Mellieħa wassal sabiex tfajla ta’ 25 sena mis-Siġġiewi kellha tiddaħħal l-isptar Mater Dei għal kura wara li ndarbet. L-inċident seħħ għal ħabta tat-tmienja neqsin għoxrin. It-tfajla kienet qed isuq karozza fejn għal xi raġuni spiċċat involuta f’ħabta ma’ karozza oħra misjuqa minn tfajla ta’ 20 sena mill-Mellieħa.

Il-kundizzjoni medika tat-tfajla mis-Siġġiewi għadha mhijiex magħrufa. Għal xi ħin il-karreġġjata li mill-Mellieħa tagħti għax-Xemxija ingħalqet għat-traffiku.