Ekonomija Kummerċ Lokali

Tnaqqis ta’ 6% fl-esportazzjoni fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena

Statistika maħruġa mill-gvern turi li l-esportazzjoni fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena naqset b’20 miljun Ewro jew sitta fil-mija meta komparat ma’ l-istess perjodu s-sena li għaddiet. Dan it-tnaqqis kkontribwixxa għal deterjorazzjoni tal-bilanċ fil-kummerċ internazzjonali fejn fl-aħħar ta’ Frar kien hemm deficit ta’ 558 miljun Ewro meta komparat ma’ deficit ta’ 382 miljun Ewro fl-2015.

Meta kien qiegħed jikkumenta dwar dawn ir-riżultati l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister tal-Finanzi Mario de Marco qal li sfortunatament din hija indikazzjoni oħra li s-settur tal-manifattura f’Malta għaddejja min żmien iebes. Huwa tkellem dwar dak li l-President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija f’Marzu li għaddha meta qal li s-settur tal-manifattura kien irreġistra tkabbir negattiva ta’ 0,4% s-sena li għaddiet u l-indiċi tal-produzzjoni industrijali kien naqas b’8,1% f’Jannar 2016 meta komparat mas-sena ta’ qabel. Fil-bilanċ, hemm mijiet ta’ impjiegi fis-settur tal-manifattura spjega Mario de Marco.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista ngħaqad mas-sejħa tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija għal prezzijiet irħas ta’ l-enerġija għall-industrija tal-manifattura u tnaqqis fil-prezz tal-fjuwil. It-tnaqqis sostanzjali fil-prezz taż-żejt u aċċess għal enerġija rħas permezz tal-interconnector u l-effiċenza tal-impjant tal-BWSC jiġġustifikar aktar tnaqqis fil-prezz ta’ l-enerġija liema tnaqqis jgħin l-industrija tkun aktar kompetitiva u jiġu salvati l-impjiegi. L-istqarrija ta’ Mario de Marco ttemm tgħid li minflok jikkofa fuq dawn it-tip ta’ strateġiji l-gvern huwa aktar mhedi jipprova jiddefendi l-iskandlu tal-Panama Papers.