L-Istati Uniti wissiet liċ-ċittadini tagħha li jeżistu ‘theddid kredibbli’ għaz-zoni frekwentati mit-turisti fit-Turkija. It-twissija tgħodd b’mod partikolari għall-inħawi ta’ Istanbul u r-resort ta’ Antalya.
L-Ambaxxata Amerikana fit-Turkija tellgħet emergency travel warning fuq il-websajt tagħha wara li t-terroristi tal-ISIS u l-militanti Kurdi tal-PKK wettqu numru ta’ attakki fit-Turkija, fix-xhur riċenti. Dan ukoll wara li, is-sena l-oħra, ikkrolla l-ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn il-PKK u l-awtoritajiet Torok.
Fil-preżent, l-ajruplani tal-koalizzjoni anti-ISIS (taħt tmexxija Amerikana) qed jużaw il-bażi tal-ajru f’Incirlik għal rejds fuq it-terroristi fl-Iraq u s-Sirja. Fl-istess ħin, it-Turkija qed tmexxi kampanja militari kontra l-militanti Kurdi.
//= $special ?>