Lokali

Wara l-istraġi tal-bieraħ, jerġa’ jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana

Wara li lbieraħ żagħżugħ daħal u għamel ħerba fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana, illum dan iċ-ċentru reġa’ fetaħ u beda jara l-pazjenti b’mod normali.

Ilbieraħ filgħaxija, żagħżugħ li għandu 21 sena u li hu mis-Somalja, daħal fiċ-Ċentru tas-Saħħa u beda jkisser kull ma sab quddiemu, fosthom bibien u ħġieġ.

Kawża ta’ dan, iż-żagħżugħ kellu jingħata trattament fiċ-Ċentru tas-Saħħa kif ukoll ttieħed l-isptar Mater Dei.

Dwar dan il-każ il-Pulizija fetħet investigazzjoni li għadha għaddejja.