David Cameron sar l-ewwel Prim Ministru Ingliż li għamel pubbliku kemm qed iħallas taxxi wara li pubblika l-income tax returns għall-perjodu bejn l-2009 u l-2015.
Dan minħabba dak li kien svelat mill-Panama Papers li kien gwadanja minn kont offshore li kellu misssieru, illum mejjet, fil-Panama. Dan billi biegħ shares li kellu fil-kont qabel ma laħaq Prim Ministru.
Imma Jeremy Corbyn, il-mexxej Laburista Ingliż, qal li Cameron irid jippubblika wkoll kemm ħallas taxxa qabel ma laħaq Prim Ministru fl-2010. Corbyn qal li kien hemm bżonn li Cameron jagħmel kollox ċar kristal u għaliex kellu flus barra mill-pajjiż.
Appati minhekk, tqanqlu ħafna mistoqsijiet wara li Cameron svela li kien ingħata rigal ta’ 240,000 ewro minn ommu, li għada ħajja. Dan peress li hemm suspetti li dan sar beix tkun evtiata li titħallas it-taxxa fuq il-wirt la darba tmut.
Cameron jagħti rendikont tat-taxxi imma tkompli l-pressjoni
