Lokali

FILMAT: “Jekk se ttuna bis-sejf, se ntukom bil-mannara” – Chris Cardona fost ċapċip ewforiku

“Jekk se ttuna bis-sejf, se ntukom bil-mannara, u jien mhux se niddejjaq inkun l-ewwel wieħed”. Dikjarazzjoni qawwija mill-Ministru Chris Cardona waqt li dalgħodu kien qed jitkellem fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Chris Cardona ddikkjara dan fost ċapċip ewforiku mill-partitarji Laburisti preżenti. Hu ngħata wkoll ‘standing ovation’ minn dawk preżenti.

Din id-dikjarazzjoni tixbah lil dik li kien għamel l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant meta kien qal “għajn għal għajn u sinna għal sinna”.