Lokali

Għaddas imut wara li sab ruħu f’diffikulta’ f’Wied iż-Żurrieq

Għaddas Pollakk ta’ 48 sena miet wara li sab ruħu f’diffikulta’ waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq. L-għaddas kien parti minn grupp ta’ 7 għaddasa.

3 mill-għaddasa irnexxielhom jitilgħu l-art weħidhom, filwaqt li l-4 l-oħra, fosthom il-Pollakk, ittellgħu bl-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ ħelikopter.

Il-Pollakk ta’ 48 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, iżda iżjed tard hu ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta.