Lokali

L-uffiċjal pubbliku Glenn Bedingfield jindirizza l-Konferenza Ġenerali Laburista

Glenn Bedingfield, li hu assistent u konsulent tal-Prim Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru, dalgħodu ndirizza l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Fl-aħħar ġimgħat, Glenn Bedingfield irċieva kritika għall-fatt li jikkummenta politikament u b’mod partiġġjan dwar kwistjonijiet u suġġetti politiċi. U dan jagħmlu waqt li qed iservi fi rwol pubbliku bħala konsulent tal-Prim Ministru.

F’Jannar li għadda, waqt il-programm “Mhux għax jimpurtani” fuq Net Television, Glenn Bedingfield qal li l-kariga konsulent ittih id-dritt, jekk mhux l-obbligu, li jikkummenta politikament u b’mod partiġġjan dwar kwistjonijiet u suġġetti politiċi.

Fl-aħħar jiem sar magħruf ukoll li Glenn Bedingifled se jkun qed jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali fil-5 distrett.

Il-Konferenza Ġenerali Laburista kienet indirizzata minn uffiċjali pubbliku ieħor: Stefan Zrinzo Azzopardi, li huwa ċ-Chairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.