Lokali

Theddida ta’ bomba f’Pembroke

Il-Ħadd filgħaxija, fi triq residenzjali ġewwa Pembroke, kien hemm theddida ta’ bomba. Fi Triq il-Fortizza marru mal-ewwel fuq il-post persuni mill-Bomb Disposal Unit tal-Forzi Armati ta’ Malta, sabiex jinvestigaw rapporti li waslulhom li qalu li aktarx kien hemm bomba f’din it-triq mimlija djar residenzjali.

 

Għall-ħin twil, it-triq ġiet evakwata sakemm isiru l-investigazzjonijiet kollha neċessarji bl-użu ta’ appart li jintuża f’ċirkustanzi bħal dawn. Saħansitra, in-nies residenti f’din it-triq ma setgħux jidħlu f’darhom sakemm ġiet ikkonfermata li ma kien hemm ebda periklu għall-pubbliku.