Lokali

Tiet irġiel jaħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

L-isptar Monte Karmeli

Tliet irġiel li kienu qegħdin jingħataw kura fl-Isptar Monte Carmeli, fil-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, ħarbu mill-post. Huma kienu fit-Taqsima tad-Dual Diagonsis.

Il-Gvern ikkonfema dan fi stqarrija tard is-Sibt filgħaxija wara li Net New bagħat mistoqsijiet lill-awtoritajiet tal-isptar Monte Carmeli, iżda li qatt ma kienu mwieġba.

Tnejn mit-tliet irġiel għadhom maħruba, waqt li wieħed mill-irġiel irritorna fl-Isptar Monte Carmeli matul il-jum tas-Sibt.

It-tliet persuni kienu pazjenti informali, li jkunu talbu huma stess b’mod volontarju li jingħataw kura fid-DDU, taqsima f’Monte Carmel li fiha jingħataw kura persuni li jkollhom problema bid-droga u saħħa mentali.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha, waqt li nħatar bord intern biex jinvestiga dan il-każ.