Lokali

Aktar minn 15,000 sigarett ikkonfiskat

Uffiċjali tad-Dwana mis-Sezzjoni tal-Infurzar, il-Ġimgħa 8 ta’ April f’Ħaż-Żebbuġ qabdu bejjiegħ tal-ħaxix b’ammont ta’ sigaretti li fuqhom ma kinitx tħallset it-taxxa tas-sisa.

Din it-tfittxija irriżultat f’qabda ta’ 15,940 sigaretti li fuqhom taxxa tas-sisa ma kinitx imħallsa, kif ukoll madwar kilo u nofs tabakk tal-brim li fuqu taxxa tas-sisa ukoll ma kinitx imħallsa.

Kemm is-sigaretti, kif ukoll it-tabakk tal-brim, ġew elevati mill-post u konfiskati mid-Dwana.