“Fl-interess tiegħu, personali u politiku, fl-interess ta’ familtu, tal-Partit Laburista u tal-gvern, kif ukoll fl-interess nazzjonali, id-deċiżjoni onorabbli malajr kemm jista’ jkun hi tal-Ministru Konrad Mizzi: li jirriżenja. B’hekk ukoll ikun jista’ jħares u jiddefendi aħjar ismu u unuru.”
Hekk stqarr l-MEP Laburista Alfred Sant f’kummenti li għadda ftit tal-ħin ilu fuq Facebook.
L-istqarrija li għamel Alfred Sant tikkonferma l-qasma kbira li hemm bħalissa fil-Partit Laburista, u tasal jum biss wara li sħab Konrad Mizzi fil-Konferenza Laburista iddefendewh qatta’ bla ħabel.
//= $special ?>