Anzjan ittieħed l-Isptar għall-kura wara li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed jaqsam it-triq f’Santa Venera.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.15am fi Triq il-Kappillan Mifsud meta l-anzjan, ta’ 68 sena mill-Ħamrun, intlaqat mill-vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena minn Santa Venera stess.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel. Hu ttieħed l-Isptar għall-kura, fejn fortunatament ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>